|
Aġġornat il-Tlieta 7 ta’
Ottubru, 18:15
- F'konferenza ta' l-aħbarijiet li
matulha l-GRTU ħabret il-proposti tagħha dwar
ir-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma, id-direttur generali
tal-GRTU Vince Farruġia Qal li t-tariffi tad-dawl u l-ilma kif
proposti mill-gvern se jgħollu l-inflazzjoni f'pajjiżna. Saħaq
dwar il-bżonn li jsir dibattitu dwar it-tariffi l-ġodda filwaqt li appella li jitfassal pjan
li permezz tiegħu jittaffa l-piż.
- Meta kienet qed tagħti r-reazjoni
tagħha dwar ir-riforma fis-servizz tat-taxis, il-Federazzjoni
tat-Trasport Pubbliku wissiet lill-Ministeru tat-Trasport biex
jirrispetta dak li kien miftiehem fl-aħħar strajk li
seħħ f'Lulju li għadda fil-qasam tat-trasport, jekk ma
jridx li jerġa jkollu xi paralizzazjoni fis-servizz tat-trasport
pubbliku.
- B'reazjoni għal dak li qalet
il-federazzjoni tat-trasport publiku, l-Gvern għamilha ċara
li bl-ebda mod m’hu se jkun ikkundizzjonat
bit-theddid ta’ strajk. Qal li se jkompli jonora l-wegħda li għamel
li jkompli bil-proċess ta’ konsultazzjoni.
- L-organizzazzjoni Żminijietna – Leħen
ix-Xellug appellat lill-Gvern Malti biex fil-baġit li jmiss jiffoka
fuq kwistjonijiet bħall-għoli tal-ħajja, ix-xogħol,
il-qasam tad-djar, it-trasport u l-enerġija.
- Il-GWU u l-UĦM illum qed jingħaqdu
mas-sejħa tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unjons biex ifakru l-jum dinji għal xogħol
diċenti.
- ufficċjali tad-Diviżjoni Propjeta’
tal-Gvern waħħlu ittri
ta’ avviż ma’ 10 strutturi
f’Għajn Tuffieħa li jirriżulta li qed jiġu
użati minn persuni mingħajr titlu jew jedd fuq l-art. Dawn l-istrutturi li jinsabu kollha
fil-barracks ta’ Għajn Tuffieħa ġew servuti b’avviż
ta’ sebat ijiem biex jevakwaw il-post.
- Erba' żagħżagħ minn
Ħal Qormi, li għandhom bejn l-14 u s-16-il sena, qed
jinżammu arrestati mill-pulizija għal stharrig li qed isir
b'rabta ma' serq ta' muturi u attentat ta serq minn ħanut.
- F'inqas minn gimgħa, uffiċjali
tad-dwana ta' Malta rnexxilhom jikkonfiskaw kwantita' oħra ta' xorb
alkoholiku. Il-kas seħħ matul il-lejl ta' bejn il-Hadd u
t-Tnejn, meta trakk żgħir twaqqaf minn uffiċjali
tad-Dwana mis-sezzjoni tal-Infurzar hekk kif kien ħiereġ minn
fuq il-moll. It-trakk kien għadu
kif wasal Malta minn Sqallija u kien misjuq minn raġel Taljan, li
kien akkumpanjat minn ragel iehor taljan. It-trakk kien dikjarat li qed
iġorr toilet paper, tissues,
ħwejjeġ u tazzi tal-inbid iżda irriżulta li
mal-merkanzija ddikjarata kien hemm ukoll kwantita' ta' xorb alkoholiku,
li ġie konfiskat.
- Fil-Lussemburgu, illum se ssir laqgħa
tal-Ministri ta l-Affarijiet Ekonomici u l-Finanzi ta l-Unjoni Ewropea
fl-isfond tal-kriżi ekonomika finanzjarja li qed taħkem
lid-dinja. Malta f'din il-laqgħa se tkun rapreżentata mill-Ministru
tal-Finanzji, l-Ekonomija u l-Investiment, Tonio Fenech.
- Matul ix-xahar li għadda, l-MEPA iddeċidiet 676
applikazzjoni u rceviet 495 applikazzjonijiet ġodda. Barraminhekk, kien hemm 4.667
applikazzjoni pendenti fl-aħħar tax-xahar.
- Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej
tal-Partit Laburista Joseph Muscat jinsab il-Libja fuq ħidma
tal-Partit. Din l-ewwel żjara barra minn Malta ta’ Muscat bħala
Kap ta’ l-Oppożizzjoni, ma tidhirx li ilha ppjanata tant li hu
kellu bosta impenji ppjanati għal-lum li ġew imħassra.
- Il-Viċi Prim Ministru fit-Tajlandja qal
li se jirriżenja bħala responsabbilta għal inċidenti
li seħħew fejn ta' lanqas 65 persuna ndarbu meta l-pulizija fetħu n-nar biex
iferxu lid-dimostranti li ċċirkondaw il-bini tal-parlament
f'Bangkok, u kienu qed jiprotestaw kontra l-gvern.
- 40 persuna sofrew ġrieħi f’inċident
li wassal biex ajruplan tal-linja ta’ l-ajru Qantas jagħmel inżul
ta’ emerġenza fil-punent ta’ l-Awstralja. Abbord l-ajruplan kien
hemm 313-il persuna. L-ajruplan kien fuq titjira minn Singapore lejn
Perth.
- It-temp
għal għada : Pjuttost imsaħħab bix-xita minn
ħin għall-ieħor. L-ogħla temperatura: 23°c. Indiċi
UV: 6.
|